Il-President il-ġdid taż-Żimbabwe, Emmerson Mnangagwa, laħħaq numru ta’ membri tal-militar fil-Kabinett tiegħu. Mnangagwa inħatar President taż-Żimbabwe l-ġimgħa li għaddiet, wara li l-eks President Robert Mugabe, niżel mill-kariga wara intervent militari. Filwaqt li Mnangagwa għażel li jżomm bosta mill-membri tal-Kabinett tal-predeċessur tiegħu, fl-istess Kabinett ħatar ukoll numru ta’ membri tal-Militar li appoġġjawh. Dan wassal għal kritika minn kritiku ewlieni tal-Gvern, li sostna li min kien qed jittama għal bidla, mar żmerċ. Dan għaliex wieħed mill-membri tal-Militar elett fil-Kabinett – Perence Shiri – intqal li kien mexxa operazzjoni militari fit-tmeninijiet, li wasslet għall-mewt ta’ madwar għoxrin elf ċittadin.