Matul il-jum tat-Tlieta, fil-Parlament tal-Ġordan diversi membri parlamentari ġew fl-idejn wara argument jaħraq.
L-argument kien dwar emendi kontroversjali lill-Kostituzzjoni tal-pajjiż.
Numru ta’ membri parlamentari oġġezzjonaw għal dawn l-emendi għaliex jemmnu li ser jagħtu aktar poter lill-monarkija.
Il-Ġordan huwa monarkija kostituzzjonali pero diversi kritiċi jgħidu l-eredi għandu tant poter fosthom li jagħżel il-Prim Ministru u li jxolji l-parlament, li m’hemmx biżżejjed kontroll fuq l-awtorità tiegħu.
L-emendi ġew proposti minn Kummissjoni Rjali din is-sena li jagħtu lill-membri parlamentari l-poter li jagħżlu l-Prim Ministru iżda emendi oħrajn jżidu b’mod konsiderevoli s-setgħa li għandu r-Re.