L-Avukat li qed jidher għall-aħwa Degiorgio oppona għad-digriet li ngħata fil-jiem li għaddew dwar ir-recordings ta’ Melvin Theuma.
Kawża t’hekk, il-middleman fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, Melvin Theuma ma telax fuq il-pedana tax-xhieda biex ikompli jixhed.
Theuma ilu ma jitla’ jixhed minn qabel il-21 ta’ Lulju li għadda meta kien instab f’għadira demm hekk kif ipprova jweġġa’ lilu nnifsu f’daru.
Il-Prosekuzzjoni qalet li d-digriet tal-Qorti ma qalx li għandhom jinstemgħu r-recordings kollha, madankollu għandhom jinstemgħu biss dawk li huma pertinenti ma’ dan il-każ.
Iżda d-Difiża mhux taqbel ma’ dan u trid li jinstema’ r-recordings kollha.
Il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit ċanfret lill-Avukat difensur biex juża kliem xieraq.
Dan hekk kif instema’ jgħid: “xi dwejjaq” wara li ma qabilx ma’ dak li qed jintqal mill-Avukat Ġenerali.
Dr William Cuschieri li qed jidher għall-‘Fulu’ u ċ-‘Ċiniż’ qal li l-verbal tiegħu għamlu bil-miktub u għalhekk iħoss li m’għandux isir kontro-eżami.
Dr Jason Azzopardi qed jagħmel il-verbal tiegħu.
Fi tmiem is-seduta li għaddiet fost għajjat, wieħed mill-imputati George Degiorgio indirizza bi kliem lil Jason Azzopardi u qallu li issa jmur fuq il-qabar ta’ Kristu.
Dan b’referenza għal dak li qalet l-eks mara ta’ Jason Azzopardi meta skont hi, Jason Azzopardi qalilha li ried imur waħdu l-Iżrael biex jagħmel lejl fuq il-qabar ta’ Kristu.
Din l-istorja ħarġet meta sar magħruf li Jason Azzopardi kienet tħallsitlu kamra fil-lukanda lussuża Hilton f’Tel Aviv mill-grupp ta’ Yorgen Fenech, is-suspettat mandant fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.