Il-middleman fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, Melvin Theuma ħareġ mill-isptar wara li l-Ħadd filgħodu inżamm għall-aktar attenzjoni medika.
Theuma, li ngħata l-proklama sabiex jgħid il-verità kollha b’rabta ma’ dan il-każ, iddaħħal l-isptar għal raġunijiet mediċi u mhux minħabba raġunijiet psikoloġiċi.
Fi stqarrija li ħarġet nhar il-Ħadd li għadda, il-Pulizija qalet li Melvin Theuma ddaħħal l-Isptar Mater Dei għall-kura medika, liema kura m’għandhiex x’taqsam mal-każ li seħħ nhar il-wieħed u għoxrin ta’ Lulju ta’ din is-sena.
Dakinhar Melvin Theuma ddaħħal l-isptar wara li nstab f’għadira demm f’daru fis-Swieqi.
Fil-preżenza tal-paramediċi, Melvin Theuma, kif seta’ kien stqarr mal-Ispettur Keith Arnaud, li hu kien ipprova jweġġa’ lilu nnifsu.