Il-Middleman fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, Melvin Theuma, ħareġ mill-isptar.
Fi stqarrija l-pulizija qalet li Theuma illum ġie rilaxxat mill-isptar. Ilbieraħ ġie rappurtat li Theuma reġa beda jitkellem minkejja li l-vuċi tiegħu għadha batuta.
Ġimagħtejn ilu huwa huwa ddaħħal l-isptar wara li kien instab f’għadira demm fil-kamra tas-sodda ta’ daru, b’sikkina f’idu u b’feriti f’għonqu u fil-kustilji.
Bil-mod kif seta’ dakinhar kien qal lill-ispettur Keith Arnaud li l-feriti għamilhom hu stess fuqu nnifsu u dan stqarru kif seta’ fil-preżenza tal-paramediċi.
Huwa kien għamel xi ġranet fit-Taqsima tal-Kura Intensiva, iżda mbagħad ġie trasferit fis-sala tal-ENT.
Quddiem il-Maġistrat Astrid May Grima, li żaritu l-isptar, Melvin Theuma kiteb nota li turi wkoll li hu weġġa’ lilu nnifsu.