Melvin Theuma, l-middleman fl-omiċidju ta’ Daphne Caruana Galizia għadu jinsab f’qagħda stabbli fit-Taqsima tal-Kura Intensiva fl-Isptar Mater Dei. Dan qalitu stqarrija tal-Pulizija oħra maħruġa l-Ġimgħa filgħaxija.
Nhar it-Tlieta filgħaxija Theuma instab mill-Pulizija u s-sieħba tiegħu f’għadira demm ġewwa r-residenza tiegħu wara li pprova jweġġa’ lilu nnifsu permezz ta’ sikkina. Huwa kien ittieħed l-isptar b’urġenza permezz ta’ ambulanza fejn ġie operat immedjatament u baqa’ jinżamm fl-ITU għall-kura.