Fl-Italja, il-koalizjoni tal-lemin staqsew lill-President Taljan, Sergio Mattarella sabiex ipoġġu lil Giorgia Meloni bħala Prim Ministru.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Dan wara r-rebħa elettorali li kellha fl-elezzjoni tal-25 ta’ Settembru li għadda.
F’konferenza tal-aħbarijiet flimkien ma’ Silvio Berlusconi u Matteo Salvini, Meloni qalet li qablu b’mod unanimu li hija tkun il-Prim Ministru tal-pajjiż.
Hija qalet ukoll li bħala koalizzjoni lesti sabiex jiffurmaw il-gvern kemm jista’ jkun malajr.