Inċident tat-traffiku seħħ fi Triq Burmarrad, il-Mosta, għall-ħabta tas-sitta u kwart ta’ dalgħodu. Il-ħabta seħħet bejn Suzuki Swift misjuqa minn raġel ta’ 46 sena residenti San Pawl il-Baħar u mutur Honda misjuq minn raġel ta’ 46 sena residenti l-Mellieħa.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lix-xufier tal-mutur l-Isptar Mater Dei għal aktar assistenza medika, fejn aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qed isofri ġrieħi gravi.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin