L-Istaġun tas-Slowpitch Nazzjonali organizzat mill-Assoċjazzjoni tal-Baseball u Softball f’Malta wasal fi tmiemu.
Is-Sibt 18 ta’ Ġunju intlaghbet il-finali tal-Istaġun li rat l-aqwa żewġ timijiet ta din is-sena jissieltu għat-titlu ta’ Champions ta’ Malta fis-Slowpitch. Fil-finali ikkompetew Mellieħa Northenders u Luxol Mustangs li żammew postom fil-quċċata tal-klassifika. Żewġ timijiet li offrew uħud mill-aqwa logħbiet li ra l-istaġun tas-Slowpitch din is-sena.
Il-Finali li kienet tikkonsisti min serje ta’ tlett lobghiet u ġiet mirbuħa mill-Mellieħa Northenders mat-tieni logħba.
L-ewwel logħba intrebħet bi skor ta’8-5 għall-Mellieħa Northenders. Logħba li kienet ferm iebsa biex wieħed mit-timijiet jieħu vantaġġ sakemm il Mellieħa Northenders sabu l-mument opportun li jieħdu vantaġġ u jassiguraw l-ewwel rebħa.
Fit-Tieni logħba l-Luxol Mustangs bdew b’vantaġġ kmieni fil-logħba li ma’ tantx irnexillhom izommu għal tul ta’ ħin. Il-Mellieħa Northenders reġgħu sabu id-djufija fit-tim oppost u rnexxilhom jassiguraw it-titlu ta’ Champions għall-skor ta’ 10-7.
L-Assoċjazzjoni tal-Baseball u Softball f’Malta tifraħ lill Mellieħa Northenders għas-suċċess ta’ dan l-istaġun.