Fil-Villaġġ tal-Artiġġjanat f’Ta’ Qali, fl-istudio Gemelli qed tittella wirja pubblika mill-artist Kurt Friggieri bl-isem ‘Melitae’, ‘Malta’ bil-Latin toffri għadd ta’ biċċiet tal-arti li jinkludu fost oħrajn veduti u sqaqien tipiċi Maltin.
Tifkiriet mill-imgħoddi li jtuna stampa ċara ta’ kif kienet il-ħajja Maltija fl-imgħoddi b’togħma wkoll tal-wirt Nisrani Malti bħat-tradizzjonijiet reliġjużi Maltin bħall-purċissjonijiet tal-Ġimgħa l-Kbira u ċelebrazzjonijiet reliġjużi bħal Corpus Christi, l-Irxoxt ta’ Bormla, il-Madonna tal-Grazzja f’Ħadd in-Nies, f’Ħaż Żabbar.
L-iskop tal-artist Kurt Friggieri hu li, permezz tal-pitturi tiegħu, iqanqal nostalġija lil dawk li kienu jgħixu fi żminijiet imgħoddija, filwaqt li toffri opportunità lil kull min iżurha, l-arti tradizzjonali Maltija.
Din il-wirja tal-Arti se tibqa’ miftuħa sal-31 ta’ Marzu, Jum il-Ħelsien, u ilha tberren fuq moħħ l-artist sa minn qabel il-pandemija. Tlabna lil Friggieri jispjegalna x’jispirah f’wirja ta’ din ix-xorta.
“Spiratni, taħt kappa waħda Melitae, li hija Malta. Malta hawnhekk ġbart il-kappa ta’ tmenin / disgħin sena ilu għaż-żminijiet tal-lum. Inħeġġeġ in-nies u titifuhix.”
L-artist Kurt Friggieri
Din il-wirja tkun miftuħa mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn id-9:00 ta’ filgħodu u t-3:00 ta’ wara nofsinhar, filwaqt li s-Sibt bejn l-għaxra u nofsinhar.