Is-servizzi tal-IoT Pan-Ewropej qed jiġu pprovduti permezz ta’ melita.io, fejn il-ġimgħa li għaddiet il-kumpanija żvelat portal ddedikat għall-klijenti, iddisinjat u żviluppat f’Malta biex jintuża minn klijenti internazzjonali u lokali. Il-pjattaforma l-ġdida melita.io intweriet lill-Onor. Silvio Schembri, Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni, waqt żjara fil-faċilità teknika ta’ Melita fil-Madliena; iċ-ċentru għas-servizzi kollha ta’ Melita.
