Melita ħasdu lil Gżira United meta għelbuhom bl-iskor ta’ 2-0, biż-żewġ goals għalihom jaslu wieħed f’kull taqsima.
Melita għamlu l-intenzjonijiet tagħhom ċari mal-ftuħ tal-partita fejn fl-ewwel minuta Penha Da Costa ra t-tentattiv tiegħu salvat mill-goalkeeper veteran tal-Maroons, Justin Haber. Sitt minuti wara Haber reġa’ kien providenzjali għal Gzira meta salva xutt ta’ Yepez Morlets u fil-21 minuta Melita komplew ikunu perikolużi meta Alan Borg Olivier, reġa’ ra lil Haber isalva tajjeb.
Fil-25 minuta Penha Da Costa qabeż bil-ġirja lil Jurgen Pisani u żmarkat quddiem Haber ra t-tentattiv tiegħu jgħaddi jħakkek ma’ sieq il-wieqfa. Gzira wieġbu għall-ewwel darba man-nofsiegħa logħob meta Thiago Espindola avvanza tajjeb fil-kaxxa bix-xutt tiegħu jiġi mblukkat mill-goalkeeper ta’ Melita, Lubik.
Minuta wara Melita meritatament fetħu l-iskor meta Matthew Debattista għadda tajjeb lejn ALAN BORG OLIVIER li avvanza tajjeb fil-kaxxa u permezz ta’ xutt fil-baxx għeleb lil Haber.
Fl-64 minuta Gżira resqu qrib li jġibu l-iskor indaqs b’xutt mid-distanza ta’ De Filippis li għadda ftit barra.
Għaxar minuti, Melita reġgħu kienu perikolużi meta minn azzjoni fuq il-lemin, Matthew Deattista kellu x-xutt tiegħu salvat minn Haber. Fit-78 minuta Melita ssiġillaw ir-rebħa permezz tat-tieni goal meta f’azzjoni tajba maħduma bizzilla bejn Penha Da Costa u Matthew Debattista, l-istess ANDRE PENHA DA COSTA minn taħt il-lasta tefa’ ġewwa.
Referee: Daniel Casha
Plejer tal-Logħba: Matthew Debattista (Melita FC)