Huwa Melchior Spiteri l-bniedem li kien għaddej ġuri dwar il-qtil tat-Taljan Vittorio Cassone. Fl-aħħar jiem isem Spiteri ma setax jixxandar għaliex l-każ li kien qed ikun akkużat bih seħħ meta Spiteri kien għadu taħt l-età.
Iżda, wara li lbieraħ il-ġurati ħelsu lil Spiteri l-Imħallef Antonio Mizzi ta l-permess li ismu jixxandar. Spiteri, Bormliż ta’ 41 sena, diġà qed jiskonta sentenza ta’ ħabs wara li kien instab ħati li qatel lil Jason Azzopardi, magħruf bħala s-Sufu fit-22 ta’ Ottubru 2001. Ta’ dan hu qed jiskonta sentenza ta’ 30 sena priġunerija.