Jared Kushner, ir-raġel ta’ bint Donald Trump li serva wkoll bħala konsulent ewlieni tiegħu, qed iħeġġeġ lil Trump jikkonċedi t-telfa li ġarrab fl-elezzjoni Presidenzjali tal-Istati Uniti li kkonfermat lil Joe Biden bħala s-46 President Amerikan.
Martu, Melania Trump, ukoll hija waħda minn dawk il-persuni l-aktar viċin tiegħu li qed twissih li wasal iż-żmien li jaċċetta t-telfa.
Kelliem ewlieni għall-kampanja ta’ Donald Trump qed jiċħad dan kollu, u fuq il-midja soċjali tiegħu qed jinsisti li Kushner fil-fatt qed jissuġġerrixxi li Trump juża kull mezz legali disponibbli għalih f’ġieħ l-eżattezza.