Melania Trump qed tħarrek lill-gazzetta Ingliża u blogger Amerikan għal mija u ħamsin miljun dollaru Amerikan fuq allegazzjonijiet li hija kienet taħdem fl-industrija tas-sess fid-disgħinijiet.
Id-Daily Mail issuġeriet li Trump jista jkun li ħadmet bħala escort fuq bażi part-time fi New York, u ltaqgħet ma’ żewġha Donald Trump iktar kmieni minn kemm kien irrappurtat.
Il-blogger Webster Tarpley kiteb li Trump beżgħet li l-passat tagħha jsir pubbliku.
L-avukat tagħha Charles Harder qal li l-allegazzjonijiet kienu foloz mija fil-mija u li qed jikkawżaw ħsara tremenda għar-reputazzjoni personali u porfessjonali tagħha.
Kemm Tarpley kif ukoll id-Daily Mail neħħew l-artikli tagħhom, filwaqt li l-gazzetta Ingliża insistiet li hija ma ssuġġerietx li l-allegazzjonijiet kienu veritiera iżda li, anke jekk kienu foloz, jistgħu jaffettwaw il-kampanja presidenjzali Amerikana.