L-attur ċelebri ta’ Hollywood u llum produttur ċinematografiku Mel Gibson esprima l-interess tiegħu fi produzzjoni ta’ film storiku dwar Malta, li jkun miġbud kompletament fostna.
Huwa esprima s-sentiment tiegħu waqt żjara li qed jagħmel f’bosta lokalitajiet f’pajjiżna, fosthom il-Belt Valletta, l-Imdina, il-Birgu, fortifikazzjonijiet u postijiet oħra.
Gibson baqa’ impressjonat bil-potenzjal ta’ postijiet li possibilment jagħmlu l-isbaħ xeneġġjatura.
F’kumment li ta lil ONE News, il-Kummissarju tal-Fims Johann Grech, li dan huwa r-riżultat tal-aħħar edizzjoni tal-Mediterrane Film Festival, li ttella’ ftit tax-xhur ilu.
Hu qal li bħala pajjiż se nibqgħu ffokati biex niżġuraw li l-istorja ta’ pajjiżna tiġi maħduma f’Malta stess, biex tkun tista’ tintwera fi swali ċinematografiki madwar id-dinja kollha.
Sadanittant, ilbieraħ, Mel Gibson iltaqa’ mal-Prim Ministru Robert Abela fil-Berġa ta’ Kastilja.
AQRA WKOLL: