Nhar il-Hadd li għadda fit-trakka ta’ Santa Pod l-Ingilterra saret il-finali tal-kampjonat Ewropew tad-Drag Racing organizzat mill-Federazzjoni Internazzjonali ta’ l-awtomobiliżmu. F’dan il-kampjonat ikkompeta l-ex champion Malti Duncan Micallef fejn għalkemm għamel minn kollox biex jiddefendi t-titlu tiegħu, ir-riżultat ma wasalx.
Fil-kwarti tal finali, Micallef iltaqa’ ma’ Antti Horto f’dik li kellha tkun l-aħħar tellieqa għal-Micallef fil-kampjonat għax ġie eliminat. Antti Horto tilef is-semi finali meta iltaqa’ ma’ Jndia Erbacher. Fil-finali Erbacher iltaqat mal-Fillandiza Anita Makela, fejn Makela ħarġet rebbieħa u b’hekk rebħet ukoll is-sitt round minkejja li aktar kmieni kienet diġa’ matematikament rebħet il-kampjonat.
Ghalhekk fl-ewwel post spiċċat Anita Makela, segwita minn Antti Horto u Urs Erbacher.