Mejju reġà kien xahar pożittiv għal-lukandiera dan għaliex skont l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, it-turisti li qagħdu fil-lukandi żdiedu filwaqt li żdiedu ukoll in-numru ta’ ljieli li qagħdu fil-lukandi.
Skont iċ-ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika 166,842 turist raqdu fl-istabbilimenti kollettivi. Bejniethom qattgħu madwar 848,039 lejl.
Dan ifisser li meta kkumparat ma’ Mejju 2016, ġiet irreġistrata żieda ta’ 8.9% fin-numru ta’ turisti li raqdu fl-istabbillimenti u żieda ta’ 2.7% fin-numru ta’ ljieli li qattgħu f’dawn l-istabbilimenti.
Jirriżulta li fl-ewwel ħames xhur tas-sena, madwar 675,894 turist raqdu f’lukanda f’pajjiżna biex bejniethom qattgħu madwar tliet miljun lejl.
L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika spjega ukoll li f’Mejju 2017 kien hawn 176 stabbiliment ta’ akkomodazzjoni turistika kollettiva f’pajjiżna li bejniethom għandhom 40,349 sodda.