Il-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali, Anton Refalo, indirizza l-Kunsill tal-Ministri Ewropej għall-Agrikoltura u s-Sajd fejn saħaq dwar il-ħtieġa li tingħata aktar attenzjoni dwar fondi li jiżguraw li l-azjendi eżistenti jkunu attraenti biżżejjed biex jattiraw aktar nies lejn dan is-settur u jsiru aktar kompetittivi tant li jkunu jistgħu jlaħħqu u jirrispondu b’mod effettiv mas-swieq.
Il-Ministru Refalo sostna li għandu jinstab bilanċ bejn il-promozzjoni ta’ prattiċi favur l-ambjent li ma jikkompromettux il-vijabilità tas-settur agrikolu. Ġew diskussi wkoll ftehimiet kummerċjali ma’ pajjiżi terzi.
Dr Refalo temm jgħid li, biex ikun hemm aktar simplifikazzjoni u flessibilità fl-aċċess għall-fondi tal-UE, speċjalment fl-oqsma tas-sostenibbiltà.