Daħlet fit-tielet jum l-operazzjoni ta’ salvataġġ mill-awtoritajiet Tajlandiżi biex jeħilsu l-erbat itfal li fadal maqbuda flimkien mal-kowċ tagħhom fl-għar ta’ Chiang Rai. Rapporti minn sorsi fil-pajjiż jgħidu li illum inħelsu żewġ itftal oħra.
Fil-jumejn li għaddew inħelsu b’kollox tmien t’itfal. Huma jinsabu f’kundizzjoni ta’ saħħa tajba.
Il-grupp kien weħel fl-għar wara xita qawwija li kkawżat partijiet sostanzjali mill-għar biex jegħrqu. Huma nstabu l-ġimgħa l-oħra, bil-ħaddiema tas-salvataġġ f’tellieqa kontra l-ħin qabel ma tagħmel iżjed xita u tkompli tgħerreq l-għar.
Huwa mifhum li l-awtoritajiet qed jippruvaw jeħilsu lill-aħħar grupp illum.