Matthew Micallef u Clinton Galea, diretturi ta’ żewġ kumpaniji, ma nstabux ħatja tal-qtil involontarju ta’ Alfred Mizzi.
Mizzi, ta’ tlieta u ħamsin sena, miet f’Mejju ta’ tmien snin ilu fuq il-lant tax-xogħol. Dan hekk kif inqabad f’xaft ta’ lift f’maħżen fi Triq il-Mosta, f’Ħal Lija.
Fid-deċiżjoni tagħha, il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Donatella Frendo Dimech kkonkludiet li ż-żewġ diretturi ma kkawżawx il-mewt ta’ Mizzi b’nuqqas ta’ ħsieb jew traskuraġni.
Innutat ukoll li Mizzi ma kellux ikun fuq il-lift tal-merkanzija.
Fil-fatt il-Qorti nnutat li dan ma kienx xejn ħlief inċident traġiku.
Fl-istess waqt il-Qorti sabet lil Clinton Galea ħati li naqas ir-regolamenti tas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-post tax-xogħol, u ordnatu jħallas multa ta’ elf u mitejn ewro, u li ma jwettaqx reat ieħor fi żmien sentejn.