Il-Qorti llliberat lil raġel ta’ 53 sena minn akkużi li, fil-5 ta’ Jannar tal-2016, ikkaġuna l-mewt ta’ mara ta’ 26 sena f’inċident tat-traffiku fin-Naxxar.
Carmel Cauchi kien qed isuq trakk tas-siment meta tajjar lil Johanna Boni fi Triq tal-Labour, in-Naxxar. Il-vittma kienet riekba mutur. Huwa kien ġie mixli wkoll li għamel ħsara lill-mutur u li saq bi traskuraġni.
Il-Qorti, madankollu, ma nstab ħati tal-ebda akkuża. Il-Qorti qatgħetha li kienet il-mara li ssugrat meta wettqet manuvra perikoluża biex taqbeż lit-trakk, li kien ħiereġ b’veloċità baxxa, minflok stenniet mument tajjeb biex taqbżu. B’riżultat ta’ dan, hija nqabdet minn waħda mir-roti tat-trakk u baqgħet titkaxkar.
Il-Qorti kkonkludiet li l-azzjoni mgħaġġla tas-sewwieqa tal-mutur ma tatx ħin lix-xufier tat-trakk biex jirreaġixxi.
Ritratt: MaltaToday