Raġel ta’ 64 sena ma nstabx ħati li kiser dirgħajn martu waqt argument li nqala f’darhom. Il-każ seħħ f’Ottubru ta’ tmien snin ilu meta iben il-koppja kien sab lil ommu mal-art b’uġiegħ f’dirgħajha.
Ir-raġel kien mixli li darab gravi lil martu u li beżżagħha. Huwa kien ċaħad l-akkużi kontrih.
Fis-sentenza tagħha l-Qorti qalet li minkejja animożità bejn l-imputat u l-vittma, l-akkuża li r-raġel imbotta lil martu ma setgħetx tiġi ppruvata.