Il-Pulizija ressqet raġel ta’ 36 sena residenti Għajnsielem, il-Qorti t’Għawdex quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Paul Coppini.
Ir-raġel ġie akkużat talli ikkoltiva u kellu fil-pussess tiegħu pjanta tal-kannabis, liema droga instabet f’tali cirkostanzi li turi li ma kinitx għall-użu esklussiv tiegħu.
L-imputat wieġeb mhux ħati għall-akkuzi miġjuba kontra tiegħu. Huwa ingħata l-ħelsien mill-arrest taħt diversi kundizzjonijiet tal-Qorti fosthom depożitu ta’ €2,000 u garanzija personali ta’ €10,000.