Il-Qorti tal-Appell, preseduta mill-Prim Imħallef Silvio Camilleri, ħelset mill-akkużi nassab Għawdxi wara li l-prosekuzzjoni ma rnexxiliex tipprova ‘l hinn minn kull dubju li r-raġel li deher fuq il-video ppreżentat lilha huwa verament l-akkużat.
Il-Prim Imħallef kellu kliem iebes kontra l-kaċċa u l-insib prattikat illegalment. Madanakollu, il-Qorti tal-Appell qalet li l-unika persuna li identifika lill-Joseph Axiaq kien is-Surġent Frank Portelli li qatt ma tela’ jikkonferma dan fuq il-pedana tax-xhieda.
Jidher ukoll li voluntiera tal-CABS ħawdet il-fatti ta’ dan il-każ ma’ każ ieħor u b’hekk ix-xhieda tagħha ma kinitx affidabbli. Għaldaqstant il-Qorti tal-Appell sabet lil Axiaq mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih.