Fi stqarrija mill-Familja Rjali, id-Duka u d-Dukessa ta’ Sussex filwaqt li wrew l-apprezzament lejn ir-rieda tajba u l-awguri sbieħ mill-pubbliku Ingliż u minn madwar id-dinja, saħqu li xtaqu jħallu privat it-twelid tat-tarbija tagħhom.
Dan wara deċiżjoni personali mid-Dukessa fejn komplew jgħidu li ġaladarba jiċċelebraw it-twelid tat-tarbija b’mod privat, imbagħad ikunu lesti jaqsmu l-aħbar mal-kumplament tad-dinja.