Waqt il-programm Amerikan ippreżentat mill-Preżentatriċi Ellen DeGeneres, id-Dukessa ta’ Sussex Meghan qalet li l-Prinċep Harry għoġbitu l-ħajja f’Kalifornja.
Meghan u Harry marru jgħixu fl-Istati Uniti, hekk kif neħħew l-irwol irjali f’Jannar 2020, qabel ma bdiet il-pandemija.
Waqt, din l-intervista Meghan tkellmet fuq iż-żewġt itfal tagħhom; Lilibet li għandha ħames xhur u Archie li għandu sentejn.
Hija qalet li Archie jħobb jitma’ t-tiġieġ li hemm fid-dar tagħhom, li tinsab f’Montecito.
Markle tkellmet ukoll dwar l-esperjenza tagħha tat-trobbija ta’ wliedhom, flimkien ma’ żewġha Harry. Hija ddeskriviet l-esperjenza ta’ Harry bħala missier, bħala waħda sabiħa, filwaqt li Archie jħobb lill-oħtu Lilibet.
Meghan semmiet ukoll ktieb li kitbet hi, li fih jidhru illustrazzjonijiet li huma bbażati fuq Harry u Archie.