Fiż-żmien li ġej x’aktarx l-Ebola se tkun tista’ tiġi ttrattata u pprevenuta dan wara li saru żewġ provi b’mediċini ġodda – liema mediċini wrew li hemm ċans iktar li persuna tgħix.
Kienu erba’ tipi ta’ mediċini li ntużaw għall-provi fuq pazjenti fil-Kongo, fejn studju wera kif tnejn minn dawn il-mediċini kienu aktar effettivi.
Dawn il-mediċini issa se jibdew jintużaw biex jitfejqu l-pazjenti fil-Kongo – żona li bħalissa tinsab b’epidemija tal-Ebola.
L-Istitut Nazzjonali tal-Istatiti Uniti tal-Allerġiji u l-Mard spjega kif dawn ir-riżultati m’huma xejn ħlief aħbar tajba fil-ġlieda kontra l-Ebola.