Wara r-Renju Unit, il-Ġermanja ukoll għaddejja bi proċess biex tiġi legalizzata l-użu tal-kannabis għal skopijiet mediċinali hekk kif l-abbozz ta’ liġi għadda mill-Parlament Germaniż. Dan l-abbozz ġie approvat mill-kabinett f’Mejju tal-2016.
Il-ħamis, il-voti fil-kamra kienu unaniment favur mediċina magħmula mill-kannabis – liġi li se tidħol fis-seħħ f’Marzu 2017.
Persuni li jbatu minn multiple sclerosis u mard ieħor sejru se jkunu jistgħu jużaw din id-droga legalment bi preskrizzjoni tat-tabib. It-tobba se jkunu jistgħu ukoll jippreskrivu din il-mediċina lil pazjenti li tista’ ttaffilhom is-sintomi, bħal mard kroniku kif ukoll lil dawk il-pazjenti li tgħinhom ifiequ aktar malajr.
Il-Ministru għas-saħħa, Hermann Grohe qal li jeħtieġ li pazjenti li għandhom marda terminali jeħtieġ li jingħataw iċ-ċans u jibbenefikaw mill-aqwa kura. Huwa spjega li l-fondi biex titħallas din il-mediċina magħmula mill-kannabis se jkunu qed jiġu koperti mill-kumpaniji tal-assigurazzjoni, ladarba ebda trattament ieħor ma jista’ jkun effettiv.