Minn nhar il-Ħamis persuni li kienu jieħdu l-mediċina Valsartan, jistgħu jiġbru l-mediċina alternattiva mill-ispiżerija tagħhom.
Kelliem għal Ministeru għas-saħħa qalet li l-mediċina li se jingħataw hija Canderstan, li għandha l-stess effett dirett tal-Valsartan. Dawn il-mediċini jittieħdu mill-persuni li jbatu minn pressjoni għolja.
Fl-aħħar ġimgħat l-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini sabet impurità mhux mistennija fl-ingredjent attiv immanifatturat.
Malta kienet fost tnejn u għoxrin pajjiz li intlaqgħtet, b’sebgħa u għoxrin elf pazjent jieħdu l-Valsartan permezz tas-skema tal-gvern l-ispizerija tal-għazla tiegħek.
Matul din il-ġimgħa l-mediċina alternattiva se tibda titqassam fl-ispizerija ta’ Malta u Għawdex.
Sabiex l-Ħamis l-persuni intitolati għal din il-mediċina ikunu jistgħu jiġbruhom mill-ispizerija tagħhom.
Kelliema għal Ministeru tas-saħħa qalet li l-persuni li kienu jieħdu l-Valsartan irid jieħdu l-stock tal-mediċina li fadalhom sabiex jinġabru mill-ispizeriji. U jingħataw l-mediċina alternattiva.