Numru ta’ mediċi fl-isptar ġenerali t’Għawdex qed jirċievu taħriġ sabiex f’kaz ta’ emerġenza ikun imħarġa u jibdew jaħdmu fuq l-Air Ambulance.
Il-Helikopter li se jintuza bħala air ambulance se jkun stazzjonat hawn 24 siegħa kuljum, sabiex f’kazi ta’ emerġenza jġorr pazjenti li jkollhom bzonn jinġiebu Malta għall-kura. Biex tkun operata l-air ambulance ġew impjegati zewġ piloti fuq bazi full time u se jkun hemm bzonn numru ta’ mediċi mill-isptar ġenerali ta’ għawdex bħala infermiera u tobba sabiex joffru servizz tagħhom f’kaz ta’ emerġenza.
L-air ambulance nxtrat minn Vitals Global Healthcare , l-investituri li se jirreġeneraw l-isptar t’Għawdex, San Luqa u Karin Grech , b’investiment ta’ mitejn u għoxrin miljun ewro. Vitals Global Healthcare se tkun qed tinvesti ħafna fl-isptar ġenerali ta’ għawdex .Ix-xogħol fil-Gzira Għawdxija mill-investituri se jibda din is-sena u se jkun lesta sa sena elfejn u tmintax.