L-Aġenzija tal-aħbarijiet Taljana Ansa tirraporta li l-kapijiet ta’ seba’ nazzjonijiet fin-nofsinhar tal-Ewropa wegħdu li jżidu l-isforzi tagħhom biex jaslu għal politika komuni Ewropea dwar l-immigrazzjoni. Il-mexxejja ta’ Ċipru, Franza, l-Greċja, l-Italja, Malta, l-Portugall u Spanja iltaqgħu f’Ruma u tkellmu wkoll dwar iż-żona ewro u t-tkabbir ekonomiku.
Il-mexxejja ta’ pajjiżi li qed jilqgħu l-eluf ta’ immigranti irregolari bħall-Italja, l-Greċja u Spanja qalu li qatt ma jistgħu jifhmu kif ċerti pajjiżi bħall-Polonja u r-Repubblika Ċeka qed ikomplu jirrifjutaw li jaqsmu l-piż. Fid-dikjarazzjoni aħħarija tagħhom, is-seba’ mexxejja pproponew konsultazzjonijiet popolari madwar l-Ewropa kollha fir-rebbiegħa biex jaraw x’għandhom x’jgħidu ċ-ċittadini dwar il-ġejjieni tal-UE. Huma jemmnu li dawn isaħħu d-dimensjoni demokratika tal-Unjoni.
#southEUsummit has once again shown it is a gathering of positive and proactive European ideas -JM pic.twitter.com/pCb869qPKc
— Joseph Muscat (@JosephMuscat_JM) 10 January 2018