L-2024 irreġistrat rekord fil-valur tal-konvenji kollha għal proprjetajiet li ġew iffirmati. Dan hekk kif komplessivament sittax-il elf, seba’ mija u disgħa u tlein laħħqu l-valur ta’ iżjed minn ħamsa punt wieħed biljun ewro.
Waqt li dan fisser iżjed minn ħames mitt miljun ewro iżjed fil-valur tal-konvenji jew 11% aktar fuq l-2023, is-sena li għaddiet qabżet l-aħħar sena rekord, dik tal-2021, bi kważi tliet mitt miljun.
Iċ-ċifri ngħataw fi stqarrija mill-Assoċjazzjoni Maltija tal-Iżviluppaturi, l-MDA, skont dejta miġbura minnha stess u tinkludi proprjetajiet residenzjali u dawk kummerċjali.
L-assoċjazzjoni, li tiġbor fi ħdanha l-maġġoranza tal-istakeholders fis-settur, qalet li dawn ir-riżultati pożittivi kienu osservati fix-xhur kollha tas-sena bid-domanda dejjem tiżdied.
Il-President tal-MDA, Michael Stivala, qal li minn dan l-investiment igawdu l-familji kollha f’pajjiżna.