Il-Coach ta’ Malta U21 Davide Mazzotta sejjaħ skwadra ta’ 22 player għall-partita ta’ ħbiberija internazzjonali kontra l-Estonja. Il-partita se tintlagħab nhar it-Tlieta 25 ta’ Marzu fis-Centenary Stadium, bil-kick-off fis-7.00pm.
Din il-partita se sservi bħala l-ewwel logħba tal-Coach Mazzotta inkarigat mit-Tim Nazzjonali ta’ Malta U21, hekk kif għandu l-għan li jkompli jipprepara lill-players għall-Kwalifiki tal-Kampjonat Ewropew U21 tal-UEFA 2025-27 li jmiss, fejn Malta ttellgħet biex tilgħab fi Grupp F. Il-grupp huwa kompost ukoll mill-Ġermanja, Georgia, il-Greċja, l-Irlanda ta’ Fuq, u l-Latvja, bl-ewwel partita tkun logħba f’darna kontra l-Greċja f’Settembru li ġej.
L-iskwadra ta’ 22 player magħżula mill-Coach Mazzotta hija din:
Goalkeepers – Liam Frendo (Valletta FC), Hugo Sacco (Hibernians FC)
Difensuri – Mattias Ellul (Hamrun Spartans FC), Finley Ging (Boston United – Ingilterra), Jake Micallef (Zabbar St Patrick FC), Kean Scicluna (Hamrun Spartans FC), Aiden Zammit (Pietà Hotspurs FC), Sasha Cachia (Mosta FC)
Midfielders – Zak Barbara (Valletta FC), Andy Borg (Gzira United, Antiago De Flavia (Floriana FC), Jake Grech (Balzan FC), Daniel Letherby (Hamrun Spartans FC), Nathan Cross (Birkirkara FC), Matteo Gambin (Fgura United), Benjamin Hili (Balzan FC)
Attakkanti – Nicholas Agius (Birkirkara FC), Alfie Bridgman (Fareham Town FC – ENG), Isaiah Chukunyere (Hibernians FC), Keyon Ewurum (Valletta FC), Sean Gatt (Zabbar St Patrick FC), Kian Leonardi (Pietà Hotspurs FC)