Il-kowċ interim tat-tim nazzjonali Malti Davide Mazzotta sejjaħ skwadra ta’ 30 plejer b’preparazzjoni għaż-żewġ partiti li ġejjin.
Malta se tilgħab partita ta’ ħbiberija kontra t-Turkmenistan il-Ħamis 10 t’Ottubru filwaqt li l-Ħadd 13 t’Ottubru Malta tilgħab partita importanti ħafna kontra l-Moldova, konfront validu minn Grupp D2 tal-UEFA Nations League. Iż-żewġ partiti se jintlagħbu fl-Stadium Nazzjonali f’Ta’ Qali.
Mazzotta sejjaħ numru ta’ plejers ġodda fosthom l-attakant ta’ Reading Basil Tuma li diga lagħab għal Malta fil-kategoriji ta’ taħt id-dzatax u il-wieħed u għoxrin sena rispettivament. Trent Buhagiar ta’ Brescia għażel li jibda jirrapreżenta lill-pajjiżna filwaqt li d-difensur ta’ Gżira United Gabriel Mentz ingħata ċ-ċitadinanza Maltija u għalhekk it-tnejn is-sejħu sabiex jifformaw parti mill-skwadra Maltija. Neil Micallef ta’ Birkirkara ġie mgħajjat għal ewwel darba.
Fost il-plejer li ma humiex disponnibli minħabba injuries insibu lill-Carlo Zammit Lonardelli, Steven Pisani, Jodi Jones, Steve Borg u Enrico Pepe.
Il-plejers magħżula huma dawn:-
Goalkeepers
Henry Bonello (Hamrun Spartans FC), Rashed Al Tumi (FC Sheriff Tiraspol), Matthew Grech (Zabbar St Patrick FC)
Difensuri
Jean Borg (Sliema Wanderers FC), Luke Tabone (Haverfordwest County AFC), Mattias Ellul (Ħamrun Spartans FC), Neil Micallef (Birkirkara FC), Kurt Shaw (Hibernians FC), Zach Muscat, Gabriel Mentz (Gzira FC)
Midfielders
Jan Busuttil (Balzan FC), Matthew Guillaumier (FKS Stal Mielec Spolka Akcyjna), Nikolai Muscat (Marsaxlokk FC), Ryan Scicluna (Marsaxlokk FC), Matias Nicolas Garcia (Floriana FC), Teddy Teuma (Stade de Reims FC ), Dunstan Vella (Floriana FC), Ryan Camenzuli (Ħamrun Spartans FC), Adam Magri Overend (Sliema Wanderers FC), Joseph Essien Mbong (Ħamrun Spartans FC), Cain Attard (Sliema Wanderers FC), Juan Corbalan (Hamrun Spartans FC)
Attakanti
Jurgen Degabriele (Hibernians FC), Kemar Reid (Floriana FC), Luke Montebello (Hamrun Spartans), Paul Mbong (Birkirkara FC), Kyrian Nwoko (Floriana FC), Alexander Satariano (Birkirkara FC), Trent Anthony Buhagiar (Brescia Calcio), Basil Tenywa Tuma (Reading)