Maż-żgħażagħ Bernard Grech għażel li jitkellem dwar il-passat.
F’attività politika għaż-żgħażagħ fil-Belt, Bernard Grech kompla jkun il-wiċċ tal-passat.
Grech qal, “Fil-passat il-Partit Nazzjonalista dejjem għamel ħafna ġid u għamel ħafna suċċessi.”
F’diskors li għamel huwa kompla jtenni li s-suċċess li għandna f’pajjiżna huwa bis-saħħa tal-Partit Nazzjonalista.
Il-Kap Nazzjonalista tenna, “Min? Min welldu dan is-suċċess? Min kisbu dan is-suċċess jekk mhux il-Partit Nazzjonalista?”
Ma setax jonqos li Bernard Grech juża l-islogan ta’ żmien Gonzi PN fid-diskors tiegħu.
Bernard Grech sostna, “Par idejn sodi li lilek jagħtuk is-serħan tal-moħħ, il-garanzija, s-sigurtà.”
Maż-żgħażagħ imbagħad infexx itenni diskors diviżiv hekk kif spiċċa jgħid li l-Partit Laburista u niesu huma ċajta.
Qal, “They are a joke hux, they are a joke.”