Il-Prim Ministru Ingliż, Theresa May, mistennija ġġeded l-isforzi tagħha biex tbigħ jew aħjar tikkonvinċi bl-abbozz tal-ftehim b’rabta ma’ Brexit.
Hija qalet li permezz tiegħu, l-immigrazzjoni tiġi bbażata fuq il-ħiliet, bl-Ewropej ma jibqgħu jagħtu aktar prijorità lill-enġiniera minn Sydney jew dawk li jiżviluppaw is-software minn Delhi.
Il-Prim Ministru se tinsisti wkoll mal-mexxejja tan-negozji li l-ftehim ta’ tluq tagħha nqabel bis-sħiħ. Dan fid-dawl li membri parlamentari tat-torries qed ikomplu jinsistu dwar tibdil b’rabta mal-ftehim.
Il-ministri mill-kumplament tas-27 pajjiż membru tal-Unjoni Ewropea se jiltaqgħu fi Brussell qabel ma jiġi ffinalizzat il-ftehim nhar il-Ħadd li ġej.
Huma qegħdin jaħdmu fuq dikjarazzjoni politika b’rabta mar-relazzjoni futura mar-Renju Unit.