Il-Prim Ministru Ingliż Theresa May ordnat li ssir inkjesta pubblika biex ikun magħruf xi kkawża in-nirien qerrieda li l-Erbgħa filgħodu ħakmu blokka ta’ mija u għoxrin appartament magħrufa bħala Grenfell Towers fil-Puntent ta’ Londra.
Minn tal-inqas sbatax-il persuna inqatlu f’dawn in-nirien, iktar minn tletin persuna qed tingħata il-kura fl-isptar, bi tmintax minnhom jinsabu f’qagħda kritika.
Il-Pulizija għadhom qed jinvestigaw il-kaġun tan-nirien tal-Erbgħa filgħodu, bil-biża tibqa’ li l-binja tiġġarraf kompletament waqt l-operazzjoni intensiva.
Sadanittant in-numru ta’ persuni mejta mistenni jiżdied hekk kif il-Pulizija tilfu kull tama li se jsibu iktar persuni ħajjin fl-operazzjoni ta’ salvataġġ.
Dawk evakwati f’dawn il-jumejn issa sfaw mingħajr dar. Iżda l-Kunsill tal-inħawi ta’ Kensington u Chealsea f’Londra qed jipprovdi erbgħa u erbgħin akkomodazzjoni ta’ emerġenza u diversi peruni min jheddhom ofrew ikel u ħwejjeġ lil dawk salvati.