Ikompli jiżdied l-appoġġ biex Theresa May issir il-mexxej il-ġdid tal-Partit Konservattiv fl-Ingilterra. Dan ikun ifisser li tkompli wara David Cameron bħala Prim Ministru Ingliż. Dan hekk kif May rebħet il-fiduċja ta’ aktar Ministri tal-Kabinett Ingliż.
S’issa kollox jidher li għandha aktar appoġġ mill-erba’ kandidati l-oħra, b’minn tal-inqas tliet membri oħra tal-kabinett jaqblu li għandha tieħu post Cameron.
Il-ħames kandidati għandhom sa nhar it-Tlieta biex jibnu l-appoġġ tagħhom fost it-329 membru parlamentari konservattiv qabel l-ewwel rawnd tal-votazzjoni. L-ewwel ma jkunu eliminati huma l-membri parlamentari bl-inqas ammont ta’ voti sakemm jibqa’ tnejn. Ir-rebbieħ mistenni jkun imħabbar fid-9 ta’ Settembru.