Il-Prim Ministru Ingliż Theresa May rebħet vot ta’ fiduċja fil-Parlament tard l-Erbgħa filgħaxija. 200 membru parlamentari tal-partit konservattiv ivvutaw favur May biex din tibqa’ Prim Ministru tar-Renju Unit u tkompli bil-pjan tagħha ta’ BREXIT. Il-proċess tal-vot beda għall-ħabta tas-18:00 (ħin Ingliż). Il-vot kien sigriet u l-indikazzjonijiet kienu sa mill-bidu li May ma kinitx se titlef dan il-vot. Sadanittant 117 il-membru ieħor tal-Partit ta’ May ivvutaw kontra.
Dan ifisser li terz tal-membri parlamentari fil-Partit ta’ May m’għandhomx fiduċja fiha. Ir-riżultat moqri f’kamra tal-kumitat parlamentari ntlaqa’ b’ċapċip kbir, għalkemm bosta osservaturi politiċi diġa bdew jgħidu li dan il-vot mhux se jġib fi tmiem il-maltemp politiku li qed taffaċja Theresa May.