Il-Prim Minsitru Ingliż Theresa May mistennija tħeġġeġ pajjiżi Ewropej li huma parti min-Nato, jinvestu aktar fuq id-difiża.
Theresa May mistennija tispjega t-taħdidiet li kellha fl-Istati Uniti ma’ Donald Trump, fejn il-President tal-Istati Uniti qal li huwa kommess lejn in-Nato. Ir-Renju Unit huwa wieħed mill-unika membri li jonfoq minimu ta’ 2% tal-Prodott Gross Domestiku fuq difiża.
Theresa May mistennija twiegħed għajnuna kontinwa min-naħa tar-Renju Unit fil-kriżi ta’ migrazzjoni Ewropea. Mistennija tgħid li r-Renju Unit se jkun imsieħeb li wieħed jista’ joqod fuqu, anke wara Brexit.