Theresa May se ssir il-Prim Ministru tar-Renju Unit nhar l-Erbgħa li ġej wara li David Cameron se jkun qed jirriżenja nhar l-Erbgħa wara l-ħin tal-mistoqsijiet parlamentari.
Waqt li kien qed jitkellem f’Downing Street, Cameron, li kien ilu Prim Ministru tar-Renju Unit mill-2010, qal li se jkun qed joffri r-riżenja tiegħu lir-Reġina nhar l-Erbgħa waranofsinhar f’Buckingham Palace.
It-taqtigħa finali għal min se jkun mexxej tal-Partit Konservattiv Ingliż u għalhekk Prim Ministru tar-Renju Unit, ħadet żvolta ġdida wara li Andrea Leadsom iritrat mit-tellieqa biex biex b’hekk Theresa May se tkun l-unika kandidata għal din il-kariga.