Theresa May tinsab fi triqitha lejn Brussell għal summit tal-Unjoni Ewropea, l-għodwa ta’ wara li salvat vot ta’ kunfidenza.
Il-kritiċi qalu li l-pjan ta’ May se jżomm lir-Renju Unit marbut mar-regoli tal-Unjoni Ewropea b’mod indefinit u tkun limitata l-abbilta li jsiru ftehimiet ta’ negozju.
L-Unjoni Ewropa qalet li mhux se tinnegozja mill-ġdid imma hemm mnejn taqbel ma’ assigurazzjonijiet akbar dwar in-natura temporanja tiegħu.
Mitejn membru parlamentari tal-partit konservattiv ivvutaw favur May biex din tibqa’ Prim Ministru tar-Renju Unit u tkompli bil-pjan tagħha ta’ BREXIT. Sadanittant 117 il-membru ieħor tal-Partit ta’ May ivvutaw kontra.