Il-Prim Ministru Ingliż Theresa May mistennija tiltaqa’ ma’ uħud mill-ogħla uffiċjali tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb li ż-żewġ partijiet jiffinalizzaw il-ftehim Brexit qabel mal-bqija tal-mexxejja Ewropej jiltaqgħu nhar il-Ħadd li ġej.
Jidher li għad hemm nuqqas ta’ qbil dwar l-aċċess li se jkollu r-Renju Unit għas-suq waħdieni Ewropew wara Brexit, u l-aċċess li se jkollhom bastimenti Ewropej fl-ibħra Ingliżi u f’Ġibiltà.
Intant, Theresa May għadha qed taffaċċja pressjoni kbira minn Membri Parlamentari tagħha stess biex ma ċċedix aktar lill-Unjoni Ewropea.