Maximilian Ciantar ta’ 28 sena mill-Marsa ntbagħat disa’ xhur ħabs wara li nstab ħati li baqa’ dieħel f’karozza oħra u ħarab minn fuq il-post lura f’Lulju tal-2014.
Din mhux l-ewwel darba li Ciantar ssemma ismu fil-midja, hekk kif lura fl-2010 hu nstab ħati li tajjar tewmin, tfajliet ta’ 11-il sena meta kienu qed jaqsmu minn fuq zebra-crossing f’Ħ’Attard.
Hu tressaq il-Qorti diversi drabi fejn f’dan il-każ hu kien mixli b’madwar 14-il akkuża, fosthom li kiser il-kundizzjonijiet ta’ sentenza preċedenti. Il-Qorti, għal darb’oħra, ssospendietlu l-liċenzja tas-sewqan għal sentejn oħra.
Il-każ kien seħħ waranofsinhar fi Triq Stiefnu Zerafa fil-Marsa meta Ciantar, li kien qed isuq il-vettura t’ommu, ħabat f’vettura tat-tip Toyota misjuqa minn mara. Immedjatament wara l-inċident is-sewwieqa tat-Toyota ħareġ mill-karozza u qalet lil Ciantar li laqtilha l-karozza. Xhud fuq il-post qalu lill-Qorti, ppreseduta mill-Maġistrat Claire Stafrace Zammit, li semgħu lil Ciantar jgħidilha jekk tridx li jerġa’ jolqtilha l-karozza, qabel reġa’ saq il-karozza u reġa’ ħabat fiha.
Hu nstema’ wkoll jhedded li se jtajajr lill-mara qabel ħarab minn fuq il-post. Kif iddaħħal rapport mal-Pulizija, Il-Pulizija bdew bit-tfittxija tagħhom għall-akkużat fejn instab li kien għand nanntu f’Ħal-Qormi. Hu nstab ma jiflaħx u x’aktarx taħt l-effett tad-droga fejn ittieħed l-isptar għall-kura.
Ciantar kien mar sentejn ħabs wara li tajjar tewmin, b’waħda minnhom kienet fil-periklu tal-mewt, waqt li kien qed isuq bil-100km fis-siegħa, fejn wara li tajjarhom ħarab minn fuq il-post.
Għall-akkużat deher l-Avukat Joe Brincat.