Matul l-elfejn tnejn u għoxrin, l-għadd ta’ negozji rreġistrati f’Malta kien ta’ 58,386. Dan jammonta għal żieda ta’ 1,253 negozju attiv meta mqabbel mal-elfejn wieħed u għoxrin jew 2.2%.
Dawn ħareġ minn ċifri proviżjorji tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatisika, l-NSO.
L-istess ċifri wrew li l-akbar għadd ta’ negozji kien fil-kategorija tal-bejgħ bl-ingrossa u bl-imnut u t-tiswija tal-vetturi, segwiti minn attivitajiet professjonali, xjentifiċi u tekniċi, u s-settur tal-kostruzzjoni.
Skont l-NSO, dawk li l-għadd ta’ persuni li jħaddmu kienu jilħqu ftit aktar minn għoxrin elf persuna matul l-elfejn u tnejn u għoxrin, żieda ta’ 5.5% fuq is-sena ta’ qabel.
L-NSO spjega li meta, mqabbel mal-2021, in-negozji żgħar ħafna li jħaddmu sa 9 persuni żdiedu bi 2%, waqt li negozji żgħar li jħaddmu bejn 10 u 49 ħaddiem żdiedu b’5%.
Fuq l-istess nota, negozji ta’ daqs medju li jħaddmu bejn 50 u 249 ħaddiem żdiedu b’4.9%, waqt li negozji li jħaddmu 250 u aktar żdiedu bi 11.5%.
Matul is-sena li għaddiet, 69.1% tan-negozji attivi kienu ta’ persuni li jaħdmu għal rashom u bi sħubija, 28.6% kienu kumpaniji privati, filwaqt li ftit aktar minn 2% kienu organizzazzjonijiet mhux għall-qligħ, koperattivi, korporazzjonijiet, friegħi jew impriżi konġunti.