Matul l-elfejn wieħed u għoxrin, il-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità ħarġet tlett elef tmien mija u dsatax-il blue badge.
Il-Blue Bagde hija dokument legali li tagħti l-possibilità lil persuni b’diżabilità sabiex jipparkjaw il-vettura tagħhom, f’post ta’ parkeġġ riservat.
Dan minħabba diffikultajiet fil-mobilità tagħhom jew diżabilitajiet oħra.
B’kollox, fl-elfejn wieħed u għoxrin inħarġu aktar elfejn u erbgħa u sittin blue badge għal irġiel u elf seba’ mija u ħamsa u ħamsin blue bagde għal nisa.
Il-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Persuni b’ Diżabilità, Samantha Pace Gasan spjegat li persuni li huma eliġibbli għall-Blue Badge jistgħu jbagħtu minn diżabilità fiżika, intellettwali, psikosoċjali, vista u smigħ.
‘Nsibu diversi reserved blue bases fil-komunità, fejn għandek dawk li huma personalizzati u dawk li huma communial. Importanti li nevitaw l-abbużi kemm jista’ jkun u li persuni li m’għandhomx blue badge ma jipparkjawx fuq dan il-base. ‘
Matul is-sena li għaddiet, l-Unità tal-Infurzar fi ħdan il-Kummissjoni għall-Persuni b’Diżabilità identifikat elfejn mitejn u għaxar Blue Bagde skaduti li qatt ma ġew irritornati jew imġedda.
Il-Kummissarju għall-Persuni b’Diżabiltà spjegat ukoll uħud mill-isfidi u l-abbużi li jinvestigaw marbuta ma’ din l-iskema.
Hija spjegat li l-iktar abbużi komuni li tinvestiga l-Kummissjoni ikunu dwar kopji foloz tal-blue badge u użu ħażin tal-blue badge.
‘Fejn jidħol abbuż, sfortunatament ħafna drabi jsir mill-membri tal-familja nfushom. Fejn ma jkunx hemm persuni b’diżabbiltà magħhom u jużaw il-blue badge biex jagħmlu xi qadja. Dan huwa użu ħażin u m’għandux isir. Barra minn hekk, hemm sitwazzjonijiet fejn persuna tagħmel koppja tal-blue badge. ‘