L-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi nediet regolamenti ġoddi dwar il-ħarsien tas-siġar u l-imsaġar.
B’dawn ir-regolamenti, l-ERA żiedet l-ammont ta’ siġar li huma protetti. Siġar li huma f’postijiet urbani pubbliċi bħal dawk li jinsabu fil-bankini, fil-pjazez u fit-triq huma ġew meqjusa bħala siġar protetti.
Il-Ministru għall-Ambjent Jose Herrera qal li bir-regolamenti l-ġodda rajna tibdil fil-pieni mil-ligi tal-2011.
Filfatt, il-Pieni zdiedu skont l-intervent u kemm hi protetta u rari s-siġra li tkun ġiet vandalizzata.
L-Awtorità għall-Ambjent ħeġġet biex kull min ikun se jagħmel xogħol ta’ kostruzzjoni u jkun se jagħmel intervent fuq xi siġra, l-ewwel jagħmel kuntatt mal-Awtorità.
Il-Ministru Herrera tkellem dwar l-importanza ta’ dawn ir-regolament il-ġodda filwaqt li qal li sena li għaddiet tħawlu madwar 12,000 siġra ġdida fosthom 3,000 fuq il-gżira ta’ Kemmuna.