Kull nhar ta’ ġimgħa matul iż-żmien tar-Randan, il-Birgu timtela’ bin-nies biex jimxu mal-purċissjoni magħrufa aħjar bħala tal-misteri.
Din it-tradizzjoni li twaqqfet wara t-Tieni Gwerra Dinija reġgħet ħadet il-ħajja ftit taż-żmien ilu u b’hekk ONE News mar iżur waħda minn dawn mill-purċissjoniijiet.
L-organizzatur Paul Micallef tkellem fid-dettall dwar l-istorja ta’ din it-tradizzjoni u l-idea warajha.
Micallef spjega, “Dawn jgħidulhom purċissjonijiet stazzjonali jew inkella tal-misteri. X’kienu dawn fl-antik? Dawn kienu kull nhar ta’ Ġimgħa waqt ir-Randan kienet tinħareġ statwa. Dawn kienu jkunu purċissjonijiet, darba rajt ritratt jien b’ħafna ħafna nies tal-Belt. Kienu jsiru l-Belt żgur, jsiru Ħal Qormi, il-Kottonera. Dawn kienu jsiru biex in-nies jidħlu fl-ispirtu tar-Randan. X’inhi l-idea? Dawn kienu tradizzjonijiet li kienu b’saħħitom ħafna u ngħidu erġajna rxuxtajna tradizzjoni bħal ma rxuxtajna l-purċissjoni s-sewda li ssir hawnhekk.
Hekk kif fl-ewwel ġimgħa saret il-purċissjoni bl-istatwa ta’ Kristu fl-Ort, fit-tieni ġimgħa kien imiss Kristu l-marbut.
Jakkumpanjaw lill-istatwa kien hemm numru ta’ fratelli u propju punt interessanti kien li nzertajna reffiegħa mara.
Dorielle Fenech qaltilna li minn dejjem kienet taffaxina ruħha bil-Ġimgħa l-kbira.
Hi stqarret,“Mara f’dawn il-purċissjonijiet tissejjaħ Konsorella. Jien bdejt mal-parroċċa ta’ Sant Elena Birkirkara u fis-Sajf kont indur f’diversi parroċċi f’Malta. Issa li beda r-Randan u qed joħorġu il-misteri tat-tbatija qed niġi nikkumpanja hawnhekk. Il-Birgu togħġobni ħafna u l-Ġimgħa l-Kbira minn dejjem kienet taffaxxinani. Kont nara l-istatwi imlebsin ħwejjeġ normali mhux bħall-oħrajn tal-kartapesta.”
L-arċipriet Karm Busuttil lissen is-sodisfazzjon tiegħu li l-Ġirbin reġgħu rxuxtaw tradizzjoni ta’ missirijietna u din turi kemm għandna ngħożżu l-ħajja u bl-emozzjonijet kollha tagħha.
Hu qal, “B’daqsekk qegħdin ngħinu wkoll biex dak li jkun hekk iħossu parti minn ħajja ta’ fidi, ta’ reliġjon, ta’ espressjoni ta’ dak li jiena nemmen nuri l-espressjoni tiegħi fih.