Fi stqarr maħruġa mill-uffiċċju tal-ispeaker, sar magħruf li matul il-lejl ta’ bejn is-26 u s-27 ta’ Settembru 2019 żviluppa nar fil-batteriji tal-UPS li jissupplixxu d-dawl tal-emerġenza lill-binja tal-Parlament.
Is-sistema elettronika tal-binja nnotifikat mill-ewwel lill-Pulizija li kienu għassa mal-lejl li min-naħa tagħhom talbu l-għajnuna tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li kienu fuq il-post fi ftit ħin.
In-nar ġie kontrollat mill-ewwel u kontenut fil-kamra fejn jinsabu dawn il-batteriji li tinsab biswit il-binja tal-Parlament.